Il-Professur Oliver Friggieri Se Jingħata Funeral Mill-Istat

 Il-Professur Oliver Friggieri Se Jingħata Funeral Mill-Istat

Il-Professur Oliver Friggieri se jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-istat.

Il-Gvern ilbieraħ iddeċieda li l-funeral tal-Prof. Friggieri jiġi organizzat mill-istat b’rikonoxximent għall-kontribut straordinarju li wettaq b’risq pajjiżna u niesu tul il-karriera tiegħu.

Il-Professur Friggieri ma kienx biss kittieb prolifiku mill-aqwa u ġgant tal-letteratura Maltija, iżda x-xogħlijiet tiegħu tradotti f’diversi lingwi kisbu wkoll rikonoxximent fuq livell internazzjonali.

Għaldaqstant, wara li lbieraħ ġiet komunikata d-deċiżjoni tal-Gvern, illum l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu laqgħat mal-familja tal-Professur Friggieri biex flimkien magħhom, isiru l-arranġamenti neċessarji fl-organizzazzjoni tal-funeral.

Id-dettalji dwar il-funeral tal-Professur Friggieri jitħabbru aktar tard.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com