Il-Pulizija Tarresta Lill-Ex Plejer Darren Debono U Lill-Avukat Arthur Azzopardi
Rapporti fil-midja qed jirrapportaw li l-ex plejer ta’ Valletta Darren Debono u Jeffrey Chetcuti ġew arrestati lbieraħ filgħaxija wara li l-pulizija wettqu operazzjoni madwar il-pajjiż kontra l-kutrabandu.
Uffiċjali tal-infurzar ikkonfermaw li fil-jiem li għaddew twettqu bosta rejds li fil-mira tagħhom kien hemm Debono u għadd ta’ persuni li allegatament huma assoċjati miegħu u involuti f’ċirku ta’ kuntrabandu taż-żejt.
Jidher li l-pulizija arrestat madwar 10 persuni fosthom lill-Avukat Artuhur Azzopardi u lill-accountant Chris Baldacchino. L-istess sorsi qalu li ż-żewġ professjonisti qegħdin jiġu interrogati b’rabta ma’ suspettat allegat ħasil tal-flus.
L-istess sorsi qalu li Debono u Chetcuti, it-tnejn ex plejers professjonali, tressqu l-qorti t-Tnejn li għadda u ġew akkużati b’ħasil ta’ flus u reati marbuta mal-kuntrabandu. Huma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u għaddew il-lejl il-ħabs.
L-operazzjoni li saret mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet kontra r-reati ekonomiċi, inżammet għalkollox sigrieta għall-fatt li l-pulizija kienet għaddejja b’aktar arresti.
Debono ġie arrestat fl-Italja lura fl-2017 flimkien mas-sieħeb fin-negozju tiegħu Gordon Debono u ma’ Fahmi Ben Khalifa.