Il-Vaċċin Ta’ Oxford: Rispons Ta’ Immunità Qawwija Fost L-Anzjani

 Il-Vaċċin Ta’ Oxford: Rispons Ta’ Immunità Qawwija Fost L-Anzjani

Ilbieraħ ħarġu riżultati mill-Università ta’ Oxford li jirreferu għar-riċerka li qed jagħmlu għal vaċċin kontra COVID-19. Din ir-riċerka li issa waslet għat-tieni fażi, tispjega kif il-vaċċin li kkreaw s’issa qiegħed jipproduċi rispons immunitarju tajjeb ħafna qalb persuni anzjani. Din hija aħbar ferm importanti ħabba li s-suġġetti msemmija, jiġifieri l-anzjani, huma l-iktar vulnerabbli f’din il-pandemija COVID-19.

Madwar 560 voluntiera ħadu sehem f’din ir-riċerka tat-tieni fażi u r-riċerki għadhom għaddejin għall-fażi li jmiss.

Ilbieraħ ukoll, il-kumpaniji farmaċewtiċi Pfizer u BioNTech iddikjaraw 94% rata ta’ suċċess anka ma’ nies li jaqgħu taħt il-kappa tal-età vulnerabbli.

Ritratt: ft.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com