Il-Vatikan Se Jiftaħ Ċentru Għall-Immigranti
![Il-Vatikan Se Jiftaħ Ċentru Għall-Immigranti](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/11/f34f08abc9e54809608b289b71a263a103cfb717-1604728171-a5853032-960x640-1-850x560.jpg)
Il-Vatikan ħabbar li bini f’Ruma se jiġi konvertit f’reception centre għal 60 immigrant li qed ifittxu l-ażil.
Dan iċ-ċentru ser jilqa’ fih nisa waħidhom u nisa bit-tfal u familji vulnerabbli fl-ewwel xhur li jaslu fl-Italja.
Iċ-ċentru ser jitmexxa mill-komunita’ ta’ Sant’Egidio, organizazzjoni kattolika li tgħin persuni li jkun waslu mis-Sirja u l-Afrika.
Dan seħħ wara li riċentament il-Papa ħeġġeġ li jkun hemm ċentru ta’ dan it-tip.