Illejla L-Kapitali Maltija Tiddawwal Bl-Ilwien Tal-Milied

 Illejla L-Kapitali Maltija Tiddawwal Bl-Ilwien Tal-Milied

Illum fis-18.00 se ssir il-mixgħela tal-Milied fit-toroq ewlenin tal-Belt Kapitali Maltija Valletta. Se tinxtegħel ukoll is-siġra tal-Milied bħala parti mill-programm Christmas in the City.

Dan b’inizjattiva tal-Valletta Cultural Angency li f’dawn iż-żmienijiet, id-dwal jgħinu biex jgħollu wkoll il-moral u joħolqu atmosfera pożittiva.

Din l-inizjattiva li din is-sena, il-Belt tkun armata bl-istess mod bħas-soltu kienet imfaħħra mir-residenti tal-Belt u anke mis-sidien tan-negozji.

Dan il-Milied se jkun differenti; nieħdu ħsieb xulxin imma billi nifirħu f’qalbna u bil-prekawzjonijiet meħtieġa, huwa dmir tagħna u għalina lkoll li jgħinna ngħaddu dan iż-żmien ukoll li kulħadd jistenna minn sena għall-ieħor.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com