Illum Għandna 102 Każi Ġodda Ta’ Covid-19… Ifiequ 103

Fl-aħħar 24 siegħa instabu 102 persuni attivi għall-Covid-19, fost 2942 swab tests li saru. In-numru ta’ persuni mfejjqa għall-lum huwa 103.
It-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa 1962, u sa mill-bidu tal-pandemija kellna 7141-il każ ta’ Covid-19 f’Malta.
Sa issa l-Covid-19 f’pajjiżna ħassad il-ħajjiet ta’ 76 persuna.