Imħassba Dwar Tifla Taħt Ordni Ta’ Ħarsien…

 Imħassba Dwar Tifla Taħt Ordni Ta’ Ħarsien…

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, intqal li jinsabu mħassba dwar il-każ tat-tifla li qiegħda taħt ordni ta’ ħarsien u li ttieħdet barra l-pajjiż b’mod illegali.

Tennew li jifhmu l-qsim il-qalb tal-foster parents u qed iħeġġu lill-awtoritajiet biex ikomplu jaħdmu bla heda ħalli flimkien mal-awtoritajiet Ewropej, it-tifla tinstab, tkun assigurata li mhix fil-periklu u tkun irritornata lura Malta fl-inqas ħin possibbli.

Enfasizzaw dwar il-bżonn ta’ iktar mezzi ta’ sigurta’ fl-ajruport sabiex każijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Ritratt: https://www.tripsavvy.com/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com