IMUT DIEGO ARMANDO MARADONA

Tħabbret il-mewt ta’ Diego Armando Maradona. Dan tħabbar mill-midja ewlenija fl-Arġentina. Maradona, meqjus bħala leġġenda fid-dinja tal-futbol għadu kif għalaq 60 sena. Huwa miet kawża ta’ attakk tal-qalb fid-dar tiegħu f’Tigre, fl-Arġentina fejn kien qiegħed jirkupra wara li tliet ġimgħat ilu saritlu operazzjoni serja f’rasu.