Imutu Żewġ Persuni Oħra Bil-Covid-19.

 Imutu Żewġ Persuni Oħra Bil-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar illejla li żewġ anzjani oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

L-anzjani kellhom etajiet ta’ 73 u 75 sena, u mietu fl-isptar Mater Dei u fil-Good Samaritan Long-term Care Facility rispettivament.

Dan ifisser li sa issa mietu mitt persuna u sitta bil-Covid-19 f’Malta.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi, il-Ministeru tas-saħħa appella biex kulħadd josserva l-miżuri ta’ prevenzjoni sabiex tiġi mħarsa s-saħħa ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fostna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com