In-Naxxar Se Jindifen B’Torrijiet Ta’ 10 Sulari – Il-Kunsill Joġġezzjona Bil-Qawwa

 In-Naxxar Se Jindifen B’Torrijiet Ta’ 10 Sulari – Il-Kunsill Joġġezzjona Bil-Qawwa

Il-Kunsill Lokali qiegħed joġġezzjoni għall-bini ta’ torrijiet ta’ 10 sulari fil-parkeġġ tat-Tradefair. Is-Sindku tkellmet dwar ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni.

Fost punti oħra li tqajjmu, kien hemm ukoll dak mis-Supretendenza tal-Wirt Nazzjonali li tenniet li permezz ta’ dan il-bini, in-Naxxar ser jitlef l-istil tiegħu.

Is-Sindku semmiet ukoll li l-parkeġġ li se jsir mhux se jkun biżżejjed. Tenniet ukoll li skont rapport mill-Eurostat, pajjiżna ġie fl-ewwel post fejn id-dawl naturali mhux jilħaq biżżejjed lid-djar tagħna. Dan minħabba l-bini għoli li qed jinbena.

“L-isky line tan-Naxxar ser tinbidel fejn bħalissa hija ddominata mill-Knisja tagħna u hekk se niġu ddominati minn dawn it-torrijiet”, tenniet Annemarie Muscat Fenech Adami.

 

Ritratt: MaltaToday

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com