“Investiment ta’ €30 Miljun Favur L-Anzjani Għaliex Jistħoqqilhom L-Aħjar” – Silvio Parnis
Bil-għan li naqdu aktar il-bżonnijiet tal-anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul u allura ma jkunux jistgħu jibqgħu jghixu fil-kommunita, f’Lulju tas-sena 2019 inbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ swali ġodda l-estensjoni tar-residenza ta’ f’San Vinċenz De Paul.
Dan huwa investiment ta’ €30 miljun; l-ikbar investiment mill-gvern fil-qasam tal-kura tal-anzjani fl-aħħar kwart ta’ seklu. B’kollox din il-binja hija mgħammra sabiex tospita 500 anzjan u anzjana ġodda f’San Vinċenz De Paul.
Il-binja nbniet b’sistema innovattiva, bix-xogħol fuq il-proġett magħmul minn qafas ta’ konkrit rinfurzat. Dan il-proġett huwa riflessjoni ta’ kemm il-Gvern jemmen fis-sħiħ li l-anzjani tagħna jistħoqqilhom kwalità ta’ ħajja tal-ogħla livell
Id-disinn tal-binja sar b’tali mod li jkun jista’ jgħaddi d-dawl naturali ġewwa u jikkonsisti f’erba’ blokok u anki f’basement li huma mifrxuin fuq 33,500 metru kwadru. F’dawn il-blokok hemm b’kollox 200 kamra ġdida. 70 kamra minnhom huma dedikati għal persuni bid-dimensja u fihom jistgħu jospitaw 140 resident. Il-130 kamra l-oħra huma mbagħad kmamar ġenerali u fihom jistgħu joqogħdu 360 resident ieħor.
Filwaqt li lL-estensjoni hi attrezzata bl-aħħar appart teknoloġiku fejn tidhol il-kura medika għall-anzjani ta’ dipendenza għolja, l-ambjent hu ddisinjat biex joħloq atmosfera familjari li tilqa’ kemm ir-residenti kif ukoll il-qraba tagħhom.
Is-swali huma wkoll mibnija madwar spazji mifutħa li jinkludu terazzini, żoni pedonali, ġonna u żoni rikreattivi. B’hekk kien żgurat li jkun hemm biżżejjed spazji miftuħa biex l-anzjani u l-qraba tagħhom jirrilassaw u jirrikkreaw ruħhom.