Ir-Referee Malti Trustin Farrugia F’ Logħba Tal-UEFA Europa League

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ser ikun qed jikkontrolla il-partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League, bejn SK Rapid Wien tal-Awstrija u Dundalk tal-Irlanda, f’Weststadion fi Vjenna.
Farrugia Cann ser ikun fl-azzjoni nhar il-Ħamis li ġej u flimkien miegħu se jkun hemm l-uffiċjali Maltin, l-assistenti Luke Portelli u Jurgen Spiteri, filwaqt li Fyodor Zammit se jkun ir-raba’ uffiċjal għal din il-partita.