It-Tielet Suspettat Bil-Qtil Doppju f’Tas-Sliema Jasal f’Malta Wara Estradizzjoni Minn Spanja

 It-Tielet Suspettat Bil-Qtil Doppju f’Tas-Sliema Jasal f’Malta Wara Estradizzjoni Minn Spanja

Jesper Kristiansen, it-tielet suspettat fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, dalgħdou wasal Malta wara li ġie estradiet minn Spanja.

Kristiansen ħarab minn Malta ftit wara li seħħ il-qtil iżda nqabad mill-awtoritajiet Spanjoli f’Cadiz permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li ħarġet il-pulizija Maltija.

Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski nqatlu fid-dar tagħhom f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu. Il-Pulizija qed timxi fuq l-ipoteżi li ż-żewġt irġiel inqatlu minħabba serq.

Il-Pulizija arrestat lil Daniel Muka u lil Viktor Dragomanski u xliethom bil-qtil tal-koppja. L-akkużati qegħdin iwaħħlu f’xulxin dwar min minnhom qatel lil Pandolfino u lil Maciejowski.

Kristiansen se jkun akkużat fil-qorti fil-jiem li ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com