Jaqa’ Minn Fuq Ċint U Jispiċċa F’Sit Ta’ Kostruzzjoni
Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, sofra ġrieħi serji wara waqgħa mill-għoli f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl u għaxra, meta l-vittma waqa’ madwar sular u nofs fi Triq it-Trunċiera. Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel waqa’ minn fuq ċint u ġie f’sit ta’ kostruzzjoni.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu fuq il-post sabiex jittella’ mis-sit u minn tim mediku li assistih fuq il-post. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.