Jgħajru L-Wirt Tagħna Bħala “Borġ Ġebel Qed Jaqa’…”
Fuq il-paġna ta’ facebook Ħaġar Qim & Mnajdra Temples World Heritage Site, ittella’ post li juri li mhux kulħadd ikun qed ifaħħarna dejjem fir-rigward tal-wirt storiku li għandna. Ovvjament, għandna sens biżżejjed biex naħsbu għaliex?
Jista’ jkun li l-wirt ta’ pajjiżna tant jiġbed attenzjoni li joħloq xi ftit għira wkoll. Jista’ jkun li huma ħafna pajjiżi li jixtiequ l-wirt tagħna f’darhom.
Intqal li ħafna drabi s-siti tagħna jkollhom reċensjonijiet tajbin, imma darba kultant ikun hemm waħda ħażina…
“milli jidher, qed issejjaħ sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO, li huwa eżempju uniku ta’ arkitettura li jirrappreżenta stadju sinjifikanti fl-istorja tal-bniedem bħala borġ ġebel qed jaqa’.”
Intom x’taħsbu dwar dan?