Jibda X-Xogħol Biex Il-Cruiseliners Ma Jibqgħux Idaħħnu Fil-Port Il-Kbir
Beda x-xogħol infrastrutturali fuq il-proġet tax-Ship to Shore bil-għan li l-cruiseliners li jidħlu fil-Port il-Kbir jieqfu jniġġsu l-arja bil-kbir meta jidħlu f’pajjiżna.
Permezz ta’ dan il-proġett kull cruisliner li se jibda jidħol f’Malta se jkun jista’ jitfi l-magni li ħafna minnhom jaħdmu bil-heavy fuel oil. Il-vapuri se jkunu jistgħu jieħdu l-elettriku permezz ta’ cables apposta li se jkunu qegħdin jitqiegħdu fil-port.
Fuq post fuq Facebook, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li dalgħodu żar lill-ħaddiema flimkien mas-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u t-tmexxija ta’ Infrastruttura Malta u Transport Malta fejn segwa l-bidu tax-xogħlijiet.
mal-kollega
F’dawn l-ewwel sigħat diġà tpoġġew żewġ cables 33kV ta’ 600 metru.
Qal li bi kburija se jkun qed iwettaq it-tieni l-akbar proġett ambjentali li qatt ra pajjiżna.
Permezz ta’ dan l-investiment, Infrastructure Malta se tagħmel il-Port il-Kbir wieħed mill-ewwel portijiet li joperaw din it-tip ta’ teknoloġija ambjentali fl-Ewropa.