“Jien Kontra Z-Zoos Privati… Niġġustifikaw Il-Barbariżmu U L-Injoranza Billi Nieħdu Tfal Diżabbli Jilagħbu Magħhom”

 “Jien Kontra Z-Zoos Privati… Niġġustifikaw Il-Barbariżmu U L-Injoranza Billi Nieħdu Tfal Diżabbli Jilagħbu Magħhom”

Il-Professur Andrew Azzopardi ħadha qatgħa bla ħabel kontra z-zoos. Qabel xejn beda biex qal li hu kontra kull moħqrija tal-annimali u li m’hemmx raġuni għaliex jinqatlu. Tant ieħor kontra l-kaċċa: “… meta tifqa’ ftit grammi rix u laħam fl-arja?!”

Enfasizza li hu kontra z-zoos privati li jpoġġu annimali li mhux f’posthom f’din il-klima u l-ispazju ristrett biex “aħna mmorru qisna boloh nieħdu s-selfie ma’ xi tigra – missna nistħu.”

“Iva, sfortunatament ġieli mort zoo barra minn Malta meta sifirt u jiddispjaċini ghall-mewt”, kompla jagħmel il-punt tiegħu l-Professur Azzopardi fejn tenna li pajjiż għandu juri li hu ‘l fuq minn hekk meta ma naħsbux li għandna d-dritt li nixtru kull ma noħolmu bih.

Iżjed minn hekk, qal: “Il-ħelwa hija li biex niġġustifikaw dan il-barabariżmu u l-injoranza ngħidu li nġibu lit-tfal b’ diżabbilità jilagħbu magħhom. Nassigurakom li t-tfal b’ diżabbilità hemm terapiji ħafna aktar milli taħsbu, m’hemmx bżonn iz-zoo tal-mistħija tagħkom.”

Temm billi sfida lill-politiċi imqar wieħed jew waħda biex joħorġu għonqhom fuq din il-kwistjoni u juru li m’humhiex marbuta mill-għoqda li qed jagħmlulhom il-partiti u jadottaw din l-aġenda: “tkellmu u ieqfulhom il-bullijiet… ”

Intom x’taħsbu dwar dan?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com