Jindarab Gravi B’Daqqa Ta’ Siġġu F’Tal-Pietà
Raġel barrani ta’ 38 sena ndarab gravi wara li kmieni dalgħodu qala’ daqqa’ siġġu f’Tal-Pietà.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’dar fi Triq Qrajten, Pietà.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni.
Waqt dan l-argument il-vittma li joqgħod il-Pieta’ weġġa’ b’daqqa ta’ siġġu.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
Raġel barrani ta’ 42 sena li joqgħod il-Pieta’ qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li linvestigazzjonijiet għadhom għaddejjin.