Jinżamm Arrestat Wara Li Nqabad B’Ammont Kbir Ta’ Flus Allegatament “Maħmuġin”
Raġel ta’ 34 sena minn Bormla nżamm arrestat u kellu l-assi tiegħu kollha ffriżati wara li dalgħodu wieġeb mhux ħati ta’ akkużi relatati ta’ ħasil ta’ flus.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Dr Robert Azzopardi, TonJoe Farrugia flimkien ma’ Dr Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali xlew lill-akkużat wara li l-pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus sabuh b’ammont sostanzjali ta’ flus, allegatament ġejjin minn attivitajiet illegali.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talb għal-libertà proviżorja u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.