Jirriċklaw U Jirbħu… Araw X’Ideat Ħarġu Bihom

 Jirriċklaw U Jirbħu… Araw X’Ideat Ħarġu Bihom

Is-sena l-oħra u bħal kull sena, l-WasteServ nediet kompetizzjoni għat-Tnaqqis tal-Iskart. Bħala għaqda volontarja, The Malta Rabbit Club, setgħa jieħu sehem fil-kategorija tal-Assoċjazzjonijiet u NGOs. Il-kompetizzjoni kienet tinvolvi proġetti fir-rigward ta’ riċiklaġġ, sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-iskart.

Il-Kumitat tal-klabb The Malta Rabbit Club – Since 1963, flimkien mal-voluntiera u membri issottomettew 3 proġetti.

L-ewwel proġett kien jirrigwardja biċċet ta’ injam imwarbin, li jiġu riċiklati fost kollox f’ġugarelli u anke “playpens” għall-fniek, affarijiet antiki li jintużaw waqt avvenimenti, bħall-qfief u anke settijiet tat-televiżjoni. It-tieni proġett rajna kif is-suf tal-fniek miġbur wara sezzjonijiet ta’ grooming, jiġi magħżul, maħsul, preservat fil-boroż tal-karti ħalli l-kliema sħuna ta’ pajiżna ma ddgħajjifx is-sufa sakemm jiġi minsuġ u maħdum fi prodotti utili. It-tielet proġett kien, magna mibnija minn membru tal-kumitat stess. Magna tat-tqattieh li tkisser id-demel tal-fniek, li jiġi separat u mnixxef, flimkien ma’ skart ta’ tiben u anke weraq u zkuk niexfa. Dan kollu jiġi mibdul f’kompost li jintuża fil-Herb Garden li l-klabb stess għandu, ħxejjex li jintużaw għall-kura u l-fejqan naturali tal-fniek.

“Gejna nfurmati li konna ma’ l-ewwel 3 finalisti. Li pparteċipajna u li l-ideat tagħna fl-ewwel parteċipazzjoni tagħna kienu fost il-finalisti kien diġa ta’ sodizfazzjon enormi għalina. Li wasalna sal-final kien unur kbir għalina bħala tim. Deher biċ-ċar kemm emmnu fina. Grazzi tal-fiduċja u nibqaw nirriċiklaw bil-qalb!”, tenna l-President Felix Farrugia.

Ritratt: Wasteserv

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com