Jitneħħa Wkoll David Balzan Minn Fuq Il-Panel Tal-FIFA

 Jitneħħa Wkoll David Balzan Minn Fuq Il-Panel Tal-FIFA

F’anqas minn ġimgħa li ħarġet l-aħbar li isem Fyodor Zammit mhux ser jibqa’ jidher bhala wiehed mir-referees Maltin fuq il-Panel tal-FIFA mill-1 ta’ Jannar 2021, dan is-sit huwa infurmat li ser titneħħilu wkoll il-FIFA Badge ir-referee internazzjonali tal-Futsal David Balzan.

F’telefonata qasira li saritlu mill-kap tar-referees Alan Mario Sant ftit tal-jiem ilu, Balzan ġie mgħarraf li ma kienx ser ikun nominat minħabba li f’komunikat riċenti l-istess Balzan kien għarraf lill-MFA bin-nuqqas temporanju ta’ disponibbilità tiegħu li jikkontrolla partiti mill-kampjonat lokali minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Komunikat simili mal-MFA sar mir-referee internazzjonali tal-Beach Soccer Jonathan Mallia, li iżda ma ġiex mibdul minkejja li huwa wkoll ma kienx lest jaċċetta logħob għalissa għall-istess raġuni mogħtija mill-kollega tiegħu David Balzan.

David Balzan għad għandu 34 sena u kien ilu fuq il-Panel tal-FIFA sentejn biss mis-sena 2019. Sorsi qrib din il-paġna semmew lir-referee Stephen Vella bħala l-favorit li jieħu post David Balzan bħala t-tieni referee internazzjonali tal-Futsal flimkien ma’ Clinton Cassar.

Ta’ min jgħid li Malta għandha wkoll żewġ referees internazzjonali tal-Beach Soccer. Minbarra Jonathan Mallia, ir-referee l-ieħor bil-FIFA Badge tal-Beach Soccer huwa Pierre Bonnici.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com