Jitqiegħdu 27,600 Pjanta Għall-Itwal Ġnien Vertikali F’Malta

 Jitqiegħdu 27,600 Pjanta Għall-Itwal Ġnien Vertikali F’Malta

B’investiment ta’ madwar nofs miljun ewro dalgħodu bdew jitqiegħdu eluf ta’ pjan li se jifformaw l-itwal ġnien vertikali f’Malta fil-Marsa-Ħamrun Bypass.

F’dan il-proġet li sar fuq medda ta’ tliet snin mistennija li jitħawlu mas-27,600 pjanta li se jagħtu ħajja lill-itwal ġnien vertikali f’Malta fuq ħajt mifrux fuq medda ta’ 350 metru, jiġifieri daqs tliet grawnds tal-futbol.

Ix-xogħol fuq l-istruttura speċjalizzata beda s-sajf li għadda. L-istruttura kienet iddisinjata speċifikament biex tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara fuq il-ħajt, filwaqt li ntużaw materjali riċiklabbli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li se jkunu reżistenti biex jipproteġu l-ħajt mill-umdità, moffa jew elementi oħra.

Il-pjanti se jissaqqew b’sistema awtomatika li se tkun imqabbda ma’ ġibjun kbir li Infrastructure Malta bniet fil-grawnds ta’ skola biswit meta l-Marsa-Ħamrun Bypass.

Il-kuntratturi installaw ukoll kameras tas-sigurtà biex jiġi evitat serq u vandaliżmu.

Waqt żjara fuq il-lant ta-xogħol, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li dan il-proġett ikompli juri l-impenn kontinwu ta’ dan il-gvern b’viżjoni ċara li joffri l-aqwa sostenibbiltà possibbli. Qal li permezz ta’ dan il-proġett, se tingħata arja aktar nadifa, nifs ħadrani u se jkun sit estetikament mill-isbaħ għal dawk l-eluf ta’ vetturi li jivvjaġġaw minn dawn iż-żoni.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li wara t-tlestija tal-infrastruttura tal-Marsa-Ħamrun Bypass minn Infrastructure Malta, għal dan il-green wall, Ambjent Malta bagħtet proposta lil Infrastructure Malta biex jiġi installat l-ewwel green wall fil-gżejjer Maltin biswit din it-triq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com