Joe Biden Se Jindirizza Lin-Nazzjon – Jikseb Maġġoranza Fl-Istati Kollha Li Fadal

 Joe Biden Se Jindirizza Lin-Nazzjon – Jikseb Maġġoranza Fl-Istati Kollha Li Fadal

Wara ġurnata oħra ta’ għadd tal-voti, Joe Biden kiseb maġġorana tal-voti fl-Istati kollha li għadu għaddej l-għadd tal-voti u ħabba li aktar tard se jagħmel indirizz lin-nazzjon.

Dan qed ikun kunsidrat bħala “d-diskors tar-rebħa” wara li aktar kmieni kiseb il-maġġoranza tal-voti f’4 Stati kruċjali, Georgia, Nevada, Arizona u f’Pennsylvania.

F’Georgja se jsir recount minħabba li r-riżultat viċin ħafna.

Sadanittant Donald Trump għadu jinsisti li rebaħ u li l-elezzjoni nsterqet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com