Joe Biden Viċin Ferm Li Jirbaħ L-Elezzjoni Presidenzjali Fl-Istati Uniti

 Joe Biden Viċin Ferm Li Jirbaħ L-Elezzjoni Presidenzjali Fl-Istati Uniti

Wara tlett ijiem ta’ għadd tal-voti fl-Istati Uniti, l-Kandidat Presidenzjali Joe Biden jinsab viċin ferm li jirbaħ l-elezzjoni kontra l-President attwali Donald Trump.

Dan wara li fl-4 Stati inċerti li għadu għaddej l-għadd tal-voti fihom, Joe Biden issa jinsab fuq quddiem fi 3 minn dawn l-Istati wara li fl-aħħar ħin kiseb vantaġġ fl-Istat ta’ Georgia!

Bħalissa Joe Biden qiegħed fil-vantaġġ b’917-il vot fl-istat ta’ Georgia, qiegħed fil-vantaġġ bi 11,438 vot fl-Istat ta’ Nevada u fil-vantaġġ b’47,052 vot f’Arizona, waqt li Trump qed jonqoslu l-vantaġġ li għandu ta’ 18,229 vot f’Pennsylvania.

Dan kollu qed iseħħ waqt li Trump għadu mhux qed jaċċetta dan ir-riżultat u kontinwament qed jgħid li rebaħ u li mhux se jħalli d-Demokratiċi jisirqu l-elezzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com