Jum Dinji tat-Toilet: 500 Persuna bla Faċilità Bażika ta’ Toilet Flushing

Għalkemm forsi t-titlu jinstema xi wieħed daqxejn komiku għal xi wħud, fil-verità mhijiex aħbar pożittiva li tirraporta 500 persuna f’Malta, li jammontaw għal 0.1% tal-popolazzjoni, bla aċċess għal toilet flushing.
Din l-istatisika lokali ġiet ippubblikata llum biex timmarka l-Ġurnata Internazzjonali tat-Toilet. Din il-ġurnata ġiet ikkreata biex tqajjem kuxjenza dwar l-4.2 biljuni ta’ nies, li jammontaw għal aktar min-nofs tal-popolazzjoni globali, li m’għandhomx aċċess għall-dawn il-faċilitajiet bażiċi.
Fl-Ewropa wkoll huwa stmat li qisu 2% mill-popolazzjoni wkoll m’għandiex aċċess għall-toilet flushing, bl-ikbar numri nsibuhom fir-Rumanija.
Ritratt: Rootsforlife.info