Kelb Pożittiv Għall-Covid!

Però tinkwetawx, għaliex dan ġara’ barra minn Malta.
F’Bari, l-Italja, ġie rrappurtat l-ewwel każ ta’ kelb pożittiv għall-Covid-19.
Il-kelb jgħix ma’ familja ta’ tlieta minn nies; ġenituri u tifel. It-tlieta li huma jinsabu infettati bil-Covid-19. Il-kelb huwa tar-razza poodle.
L-awtoritajiet ħatru veterinarji li għamlu l-iswab test fuq il-kelb u nstab li anke l-annimal huwa pożittiv għall-virus.
L-awtoritajiet Taljani serrħu moħħ in-nies li minn studji li saru, il-klieb ma jxerrdux il-virus.
Din is-sena ġew irrappurtati iktar annimali li ttestjaw pożittivi għal dan il-virus, fosthom qtates fi New York, German Shepherd ġewwa Hong Kong kif ukoll tigra fiz-zoo ta’ Bronx.
Ritratt: tvm.com.mt