Konrad Mizzi Jgħid Li Mhux Bi Ħsiebu Jipparteċipa Fit-Teatrin Tal-Inkjesta Pubblika Ta’ DCG

 Konrad Mizzi Jgħid Li Mhux Bi Ħsiebu Jipparteċipa Fit-Teatrin Tal-Inkjesta Pubblika Ta’ DCG

Id-deputat Indipendenti Konrad Mizzi ħabbar dalgħodu li mhux bi ħsiebu jipparteċipa fit-teatrin li qegħdin jagħmlu l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia fl-inkjesta pubblika li qed issir b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Dr Mizzi qal li dalgħodu ntalab jattendi quddiem il-bord tal-inkjesta pubblika.

Qal li din l-inkjesta marret ‘il bogħod mill-iskop oriġinali tagħha u huwa ċar li qegħda tintuża minn-Nazzjonalisti biex titmexxa aġenda politika.

Sostna li filwaqt li dejjem ikkollabora ma’ kull investigazzjoni u skrutinju, żgur mhux se jaċċetta li jwieġeb lill-esponenti Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.

“M’għandi l-ebda dmir li nħalli lill-assassini politiċi tiegħi japprofittaw ruħhom minn din l-inkjesta pubblika. Għaldaqstant ma jiena se nirrispondi għall-ebda mistoqsija u m’inix bi ħsiebi li nipparteċipa fit-teatrini tagħhom”, temm jgħid Konrad Mizzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com