Kontu Tafu Li L-Kuruna Tal-Avvent Ivvintaha Qassis Luteran?

Il-Kuruna tal-Avvent kienet propjament ivvintatha minn qassis Luteran: Johann Heinrich Wichern fis-seklu 19. Kien teologu f’Hamburg fil-Ġermanja fejn kellu istituzzjoni li tiġbor it-tfal fqar.
Matul l-Avvent kienu ħerqana jistaqsuh meta ġej il-Milied u għalhekk, ħoloq kuruna tal-injam b’20 xemgħa żgħar ħomor u 4 xemgħat kbar bojod. Kuljum kien jixgħel xemgħa żgħira u fil-Ħdud, kien jixgħel waħda kbira.
Minn hemm bdiet it-tradizzjoni tal-Kuruna tal-Avvent.
Ewkarist Zammit tella’ post interessanti fuq facebook fejn spjega x’inhi t-tifsira tiegħu. Ara hawn taħt: