L-Attriċi Josephine Zammit Cordina Tagħlaq 85 Sena

L-attriċi brava u maħbuba Josephine Zammit Cordina llum qed tiċċelebra il-85 sena tagħha. Nistgħu ngħidu li Josephine hija waħda mill-veterani fuq it-televiżjoni Maltija fejn ġibdet ħafna simpatija anke bil-programm Waltzing Matilda fejn ħolqot kuntatt televiżiv dirett mal-Maltin tal-Awtsralja.
Mhux biss, iżda rajnieha wkoll f’serjè televiżivi oħrajn.
Metikoluża ħafna fl-istil u eleganti fil-preżentazzjoni tagħha, Josephine Zammit Cordina tiġbed ammirazzjoni lejha minn kull faxx tas-soċjetà.
Minn StradaRjali.com, awguri lilek minn qalbna.