Imut L-Attur Gigi Proietti – Fl-Istess Ġurnata Li Għalaq 80 Sena

 Imut L-Attur Gigi Proietti – Fl-Istess Ġurnata Li Għalaq 80 Sena

Illum Gigi Proeitti kien se jiċċelebra it-80 snea tiegħu, iżda kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-attur Taljan.

Proeitti miet minħabba f’kumplikazzjonijiet li kellu f’qalbu. Hu kien qed jinżamm għall-kura intensiva fl-aħħar ġranet. Madanakollu il-Ħadd il-kundizzjoni tiegħu bdiet tiggrava.

F’karriera ta’ 50 sena, Proietti ħa sehem f’diversi films, produzzjonijiet televiżivi u produzzjonijiet teatrali. F’ħafna mill-produzzjonijiet hu dderieġa wkoll.

Fost l-aħħar films li hu ħadem fihom insibu Ma Tu Chi De Segno Sei? kif ukoll Pinocchio.

Hu twieled f’Ruma bħal-lum 80 sena, fit-2 ta’ Novembru u kien l-aktar magħruf għall-irwol ta’ Il Maresciallo Rocca fuq Rai, b’aktar minn 16-il miljun telespettatur fil-ġimgħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com