L-Inqas Ħaġa Li Xtaqna Nisimgħu Hi Lil Bernard Grech Jippolitiċizza L-Mewt Ta’ Ħija – Ħu Vittma Bil-Covid-19

 L-Inqas Ħaġa Li Xtaqna Nisimgħu Hi Lil Bernard Grech Jippolitiċizza L-Mewt Ta’ Ħija – Ħu Vittma Bil-Covid-19

Marco Falzon, ħu wieħed mill-aħħar persuni li miet wara li ġie pożittiv għall-Covid19 kellu kliem iebes fil-konfront tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li ppoltiċizza l-mewt ta’ ħuh f’attività politika fiż-Żurrieq.

F’messaġġ fuq il-profil tiegħu, Falzon kiteb dan huwa mument diffiċli ħafna għall-familja tagħhom.

“M’hemmx kliem bizzejjed biex nesprimu d-dieqa u l-uġigħ li għaddejjin minnu. L-inqas ħaġa li xtaqna nisimgħu llum huwa lil Bernard Grech jippolitiċizza l-mewt tal-għażiż ħija Renald” qal Falzon.

Huwa żied jgħid li dan huwa innaċċettabbli u kkundanna bis-sħiħ id-diskors li għamel. Qal li f’dan iż-żmien għandna bżonn is-sostenn u s-sapport u mhux dan in-nuqqas ta’ rispett minn Kap tal-Oppożizzjoni”, żied jgħid Falzon.

Bernard Grech akkuża indirettament lill-Gvern bil-met ta’ Renald Falzon fid-diskors politiku li għamel il-Ħadd filgħodu fiż-Żurrrieq, proprju l-għada li Falzon ingħata l-aħħar tislima minn qrabatu fil-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com