Aktar Minn 200 Negozju Bl-Offerti Ta’ Black Friday Miġbura F’Dokument Wieħed

 Aktar Minn 200 Negozju Bl-Offerti Ta’ Black Friday Miġbura F’Dokument Wieħed

Dokument wieħed miġbur mill-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji (Malta Chamber of SMEs) jiġbor fih aktar minn 200 stabbiliment li għandhom jew se jagħmlu diversi offerti speċjali għal Black Friday ta’ din is-sena.

Dan id-dokument jiġbor diversi negozji f’kategoriji differenti bħal dawk tal-apparat elettroniku, tal-ħwejjeġ, tas-sbuħija, tal-ikel u ħafna aktar u waqt li jindika l-isem tan-negozji li qed jagħmlu diversi offerti, jiġbor fih ukoll id-dettalji ta’ fejn jinsab in-negozju, il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuh u jekk hux qed iebgħu online u jekk hux qed joffru delivery.

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji f’konferenza tal-aħbarijiet qalet li din is-sena Black Friday hija mportanti ħafna minħabba s-sitwazzjoni li għaddejin minnha n-negozji u għaldaqstant ħafna negozji wkoll ħadu diversi miżuri biex ibiegħu kemm jista jkun online ukoll.

Hemm negozji li ilhom joffri offerti mill-bidu tax-xahar u hemm ohrajn li qegħdin joffru offerti għal ġimgħa sħiħa.

Din is-sena b’mod partikolari qalet il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, qed tingħata prijorità lin-negozji lokali, din is-sena b’sensittività akbar.

Il-Kamra tal-SMEs ippubblikat lista estensiva ta’ offerti u negozji disponibbli din is-sena. Hemm kważi 150 negozju reġistrati mal-Kamra tal-SMEs b’iżjed minn 200 ħanut differenti.

Ara l-ista tan-negozji bl-offerti hawnhekk.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com