L-SDM B’Allegazzjonijiet… Il-PULSE Tgħid Li Dan Hu Tfiegħ Ta’ Tajn…

 L-SDM B’Allegazzjonijiet… Il-PULSE Tgħid Li Dan Hu Tfiegħ Ta’ Tajn…
Il-PULSE Ikkjarifikat fuq facebook tagħha li l-allegazzjonijiet li qed isiru mill-SDM huma foloz. Saħqu li għandhom fiduċja totali fil-kummissjoni elettorali filwaqt li rringrazzjawhom talli ħadu azzjoni mmedjata.
Il-PULSE għamlitha ċara li hi qatt ma talbet ‘links tal-voti’ tal-individwi’ u tħossha kburija li dejjem mexxiet elezzjoni pożittiva, inklussiva u demokratika fil-kampanja tagħha. “It-track record tagħna jitkellem waħdu!”, tenniet l-organizzazzjoni.
Semmew ukoll li l-SDM qed tuża tattika ta’ tfiegħ ta’ tajn u billi tbeżża’ bil-għan li twaqqaf elezzjoni demokratika u b’hekk tieħu dritt l-istudenti tal-Junior College milli jivvutaw kif jixtiequ.
Ara x’qalu l-PULSE fid-dettal hawn taħt:

Ritratt: Facebook/ PULSE

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com