L-Ukrajina Superjuri Għall-Maltin

 L-Ukrajina Superjuri Għall-Maltin

Fis-Centenary Stadium, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ġie megħlub 4 – 1 mill-Ukrajina f’partita oħra valid minn Grupp 8 tal-Kampjonati Ewropej. L-Ukrajina urew l-qawwa tagħhom sa mill-ewwel minuti fejn wara inqas minn ħames minuti huma irnexxielhom jmorru fil-vantaġġ permezz ta’ Kukharevych.  L-istess plejer għamel lis-skor 2 – 0 fil-32 minuta biex sal-mistrieħ l-avversarji daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ żewġ goals.

It-tim Malti wettaq reazzjoni tajba mal-bidu tat-tieni taqsima tant li Omar Elouni naqqas id-distakk għal 2 – 1.  Fl-aħħar għaxar minuti tal-partita, l-Ukrajina skurjaw darbtejn biex ħadu l-massimu tal-punti.  L-ewwel kien Milovanov li għamel lis-skor 3 – 1 biex fil-92 minuta Shevtsov skorja dak li kellu jkun il-ħames gowl tal-partita u r-raba wieħed għal Ukrajina.

Malta tilgħab l-aħħar logħba f’din il-kompetizzjoni nhar it-Tlieta kontra l-Fillandja.

 

Ritratt: MFA / Joe Borg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com