L-Università Tavża Dwar Il-Ġranet Meta L-Gradwati Għandhom Jiġbru Ċ-Ċertifikat
F’imejl li rċivew il-gradwati kollha tal-Università ta’ Malta għal din is-sena, ġie avzat li ċ-ċertifikati u s-suppliment tad-diploma (jew aħjar it-transcripts) iridu jinġabru mill-Marquee li jinsab biswiet Ġnien L-Istudenti u Sir Temi Zammit Hall. Il-lokazzjoni fuq il-mappa tal-Università hija mmarkata bin-numru 52.
Kull student għandu jiġbor ċ-ċertifikat tiegħu f’data speċifika u fil-ħinijiet li jidhru hawn taħt:
07:15 – 09:15
12:00 – 14:00
16:15 – 18:15
Id-data li fiha wieħed għandu jiġbor iċ-ċertifikat hija indikata fil-links t’hawn taħt.
Dawk li qed jigradwaw minn kors undergraduate għandhom jaċċessaw din il-link: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0010/451594/UG_Scroll_Collection_Schedule_2020.pdf
Filwaqt li dawk li qed jigradwaw minn kors postgraduate għandhom jaċċessaw din il-link: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0011/451595/PG_Scroll_Collection_Schedule_2020.pdf
L-Università appellat biex kulħadd isegwi l-iskeda sabiex tkun tista’ tinżamm l-ordni. Kulħadd huwa mitlub jieħu miegħu/magħha l-karta tal-identità. F’każ li xi ħadd ieħor se jiġbor iċ-ċertifikat tal-gwadwat/a, dan/din ikun/tkun irid/trid j/tippreżenta l-karta tal-identità tiegħu/ tagħha kif ukoll kif dik tal-gradwat/a.
Għall-benefiċċju ta’ dawk li ma jistgħux jiġbru ċ-ċertifikat tagħhom fid-data indikata, l-Università se tkun qed torganizza xi dati oħrajn f’Jannar fejn wieħed ikun jista’ jagħmel dan.
Din is-sena qed jiggradawa 3500 persuna.
Ritratt: Times of Malta