Le Għall-Partitarji Fl-Istadiums Maltin

 Le Għall-Partitarji Fl-Istadiums Maltin

Is-South End Core, f’kumment fuq il-paġna tagħhom fuq facebook qalu li l-Awtoritajiet tas-Saħħa ma laqgħux l-idea li l-partitarji Maltin jirritornaw fl-istadiums Maltin għal partiti li t-timijiet nazzjonali Maltin għandhom matul din il-ġimgħa u anke l-ġimgħa dieħla f’pajjiżna.

Huma sostnew kif ma jistgħux jifhmu għaliex ċertu avvenimenti fil-magħluq qed jitħallew isiru iżda fl-stess ħin numru ta’ partitarji mhumiex jitħallew jidħlu fl-istadiums Maltin meta dawn ħa jkunu fil-miftuħ.

“Kellna ċ-ċans fejn nistgħu nużaw il-logħob tan-nazzjonal bħala esperiment biex jiġi implimentat fil-kampjonati lokali imma għalxejn!”,  sostnew is-South End Core.

It-tim nazzjonali Malti tal-kbar ser ikun fl-azzjoni nhar l-Erbgħa li ġej f’partita ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein qabel iż-żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe rispettivament.

Anke t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ser jilgħab żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej kontra l-Ukrajina u l-Finlandja rispettivament.

 

Ritratt: Joe Borg

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com