Libjan Arrestat Wara Li Aggredixxa Mara b’Sikkina F’San Pawl il-Baħar

 Libjan Arrestat Wara Li Aggredixxa Mara b’Sikkina F’San Pawl il-Baħar

Libjan ta’ 38 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie arrestat mill-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra wara li allegatament aggredixxa mara b’sikkina f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ Ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30 p.m. meta l-Pulizija li kienu fuq ronda fi Triq il-Korp tal-Pijunieri twaqqfu minn mara ta’ 38 sena li toqgħod Birkirkara, li kienet feruta u qaltilhom li kienet għadha kemm ġiet aggredita.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel allegatament aggredixxa lill-mara b’oġġett bil-ponta u li jaqta’ u ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassistu lill-vittma. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li ndarbet b’mod gravi.

Wara tfittxija għall-aggressur, hu ġie arrestat ftit tal-ħin wara u qed jinżamm fil-lock-up talPulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Dorren Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com