Libjan Jaqla’ Daqqiet Ta’ Sikkina Fi Ġlieda f’Tas-Sliema
Libjan ta’ 27 sena li joqgħod l-Imsida ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’Tas-Sliema.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li l-vittma kien fi Triq Birkirkara, San Ġwann, huwa kellu argument ma’ Libjan ieħor ta’ 27 sena, li joqgħod Tas-Sliema. Huma telqu minn San Ġwann, saqu wara xulxin u l-argument kompla f’parkeġġ li jinsab fi Triq it-Torri, TasSliema.
Waqt l-argument intużat sikkina u l-Libjan li jgħix l-Imsida sofra xi ġrieħi.
Huwa ħarab minn fuq il-post u ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.