Lil Jeremy Daħaq Bih Sieħbu Stess… Araw Kif!!!

 Lil Jeremy Daħaq Bih Sieħbu Stess… Araw Kif!!!

Fuq il-programm Problemi tal-qalb fuq ONE Radio, il-preżentatur Ivan Gaffiero laqa’ lil Jeremy li kellu ħabib kbir u li dejjem kienu jqattgħu ħafna ħin flimkien.

Maż-żmien, bdiet tkellmu tfajla ħelwa fuq facebook sakemm saru ħbieb sew. Mur għidlu lil Jeremy li kien sieħbu stess.

Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, Jeremy beda jħossu li qed jidħlu fil-fond u ddeċieda li jċemplilha. Iżda qatt ma kienet tirrispondieh. Darba fost l-oħrajn, omm Jeremy stess qaltlu ejja nippruvaw inċemplulha min-numru ieħor… Hekk għamlu u rrisponda l-aqwa ħabib li suppost kellu Jeremy.

Din kienet weġgħa kbira għal dan iż-żagħżugħ. Il-konsegwenzi ma kinux sbieħ tant li waqa’ f’dipressjoni u saħansitra ma riedx ikompli l-iskola.

Ivan itenni li minn din l-istorja għandna nieħdu tagħlima kemm irridu noqogħdu attenti lil min nafdaw.

Ejja nitgħallmu nibnu lil xulxin mhux inkissru. Ħadd ma jieħu xejn minn logħob hekk, anzi nbatu lkoll inkluż ħbiberiji li jkun mingħalina li huma sodi.

Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com