Lilna Ssib: Kanzunetta Ddedikata Għall-Infermiera

 Lilna Ssib: Kanzunetta Ddedikata Għall-Infermiera

L-infermiera u l-qwiebel għandhom ir-rwol vitali fil-provvediment tas-servizzi tas-saħħa. Dawn huma nies li jiddedikaw ħajjithom jieħdu ħsieb ommijiet u tfal: jagħtu tilqim li jsalva l-ħajjiet, u pariri dwar is-saħħa; jieħdu ħsieb l-anzjani, u b’mod ġenerali jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet essenzjali tas-saħħa li jinqalgħu kuljum. Ta’ spiss huma l-ewwel
punt ta’ referenza għall-kura fil-komunitajiet tagħhom.

Iżda biex tkopri l-ħtiġiijiet universali tas-saħħa sas-sena 2030, id-dinja għandha bżonn ta’ żieda ta’ 9 miljun infermiera u qwiebel.

Kien għalhekk li l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa għażlet is-sena 2020 bħala is-Sena Internazzjonali tal-Infermiera u l-Qwiebel.

Kooindċidentalment tul din is-sena faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 u dan kompla ta valur għal din l-għażla xierqa, għax fir-realtà l-qwiebel u l-infermiera (partikolarment il-frontliners), flimkien ma’ ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa qed ikunu nies kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Qed ikunu ukoll ta’ spalla f’waqtha, jindukraw u jikkuraw lil dawk milquta mill-coronavirus, dan ċertament bi stress u riskju addizzjonali għal dak li normalment jaffaċċjaw fi żminijiet iktar siguri.

l-Istorja tal-kanzunetta Lilna Issib

Fil-bidu tal-pandemija f’pajjiżna rajna ħafna ġesti pubbliċi biex il-poplu jagħmel kuraġġ u fl-istess ħin juri apprezzament lill-frontliners kollha. Kien żmien ta’ inċertezza, iżda fl-istess ħin kien żmien sabiħ fejn il-poplu kien ferm solidali ma’ xulxin. Flimkien konna qed naffaċċjaw il-pandemija pass pass u b’kuraġġ. Fl-istess perjodu kienu qed joqorbu l-Jum Internazzjonali tal-Qwiebel u l-Jum Internazzjonali tal-Infermiera (fil-5 ta’ Mejju u t-12 ta’ Mejju rispettivament) għaldaqstant kien jixraq li f’din is-sena unika “Is-Sena Internazzjonli tal-Infermiera u l-Qwiebel” issir kanzunetta biex permezz tagħha jkun hawn għarfien tax-xogħol ta’ dawn il-professjonijiet. Iżda mhux biss,  il-kanzunetta ikollha għan u skop li tintuża għall-promozzjoni mid-Direttorat tal-Infermiera u Qwiebel biex iktar żgħażagħ jagħżlu dawn il-karrieri u s-Servizz tas-Saħħa f’Malta jkun fornut u sostnut sew b’dawn il-professjonisti fis-snin li ġejjin.

Nhar 1 ta’ Mejju, Tony Micallef mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħa linizjattiva biex jinbeda proċess u ssir kanzunetta f’ġieħ l-infermiera u l-qwiebel. Saret kommunikazzjoni mas-Sur Vincent Saliba Direttur tad-Direttorat tal-Infermiera u lQwiebel, u kien hemm qbil li dan il-ħsieb għandu jsir realtà. Wara sar kuntatt mas-Sur Emil Calleja Bayliss u kiteb il-lirika tal-kanzunetta. Naturalment kien jonqos libsa mużikali tabja! Sar kuntatt mas-Sur Philip Vella u bi pjaċir aċċetta li jikteb il-mużika ukoll. Saret il-mużika u Emil flimkien ma’ Philip sabu l-kantanti u minħabba l-pandemija saru recordings b’mod individwali mill-parteċipanti, sar l-editing meħtieġ u hekk twieldet il-kanzunetta Lilna Issib.

Issa wieħed jittama li din il-kanzunetta, li fuq kull livell saret fuq bażi ta’ volontarjat, tintgħoġob, tixxerred kemm jista’ jkun il-mezzi tax-xandir u l-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, u finalment tilħaq l-għanijiet li għalihom inħolqot.

Lilna Issib
Lirika: Emil Calleja Bayliss
Mużika u editing: Philip Vella
Kantanti:
Michela Galea
Maria Spiteri
Lara Azzopardi
Eleanor Spiteri
Matthew Vassallo
Francesca Borg
Inizjattiva: Tony Micallef

Link għall-kanzunetta fuq You Tube:

 

Għal iktar informazzjoni dwar dan il-Jum mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wieħed jista’ jżur:

https://www.who.int/campaigns/year-of-the-nurse-and-the-midwife2020#:~:text=The%20world%20needs%209%20million,the%20Nurse%
20and%20the%20Midwife.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com