Lir-Reġina Eliżabetta Daħlilha Fil-Kamra Tas-Sodda U Hadd Ma Nduna!

 Lir-Reġina Eliżabetta Daħlilha Fil-Kamra Tas-Sodda U Hadd Ma Nduna!

Kontu tafu bl-episodju li ġara f’ Ġunju u Lulju tal-1982 meta Michael Fagan daħal; mhux darba iżda darbtejn fil-kamra tas-sodda tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni f’Buckingham Palace.

Mid-dehra fl-ewwel intrużjoni li għamel, ħadd ma nduna bih tant li kellu ċ-ċans idur minn tron għall-ieħor tant li ħassu qed jgħix l-istorja ta’ Goldilocks u t-tliet orsijiet għaliex ipprova t-tronijiet differenti li hemm fil-palazz.

Għadda minn ħdejn il-Kamra tas-sodda tal-Prinċipessa Anne u ddeċieda ma jtellfhiex u saħansitra daħal fil-kamra fejn kien hemm ir-rigali li rċevew il-Prinċep Karlu u l-Prinċipessa Diana meta kellhom lil William. Mhux biss, kellu ċ-ċans iqalleb ukoll f’xi karti li ra quddiemu.

Imma meta tkellem mal-midja wara li nqabad it-tieni darba, Fagan deher li anke nkwieta għall-familja Rjali li hu seta’ kien xi kriminal jew b’intenzjonijiet ħżiena għaliex is-sigurtà kienet diżastru għall-aħħar.

Fit-tieni daħla tiegħu, Fagan daħal b’t-shirt, jeans u ħafi u mar lejn il-kamra tas-sodda tar-Reġina għall-ħabta tas-7.15 filgħodu kmieni. Is-Surġent li suppost ikun għassa fil-kurridur kien spiċċa fis-sitta, il-footman kien qed jittrenja l-klieb u l-fattiga kienet qed tuża vacum cleaner bl-istorbju.

Intqal li d-diskussjoni tawlet għal madwar 10 minuti. Meta nqabad, ittieħed fi sptar mentali u għadu ħaj sal-lum il-ġurnata fejn wara li ħareġ mill-kura, beda jgħix ħajja komuni imma b’rispett kbir min-nies.

“Mhux sigur xejn il-post. Jien iffissat fuq ir-Reġina u naf li tħobb tgħin in-nies u għedt forsi tgħinni wkoll lili…” kien qal lil The Sun.

Jekk tridu taraw dan l-epsidoju li seħħ verament, araw l-aħħar staġun tas-serjè sabiħa The Crown. E bilħaqq, fih fl-ewwel episodju tissemma Malta… Bir-raġun! Ir-Reġina sal-lum il-ġurnata tteni li d-dar tagħha wara l-Ingilterra, hija f’Malta.

Ritratt: VanityFair.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com