Logutenent Tal-Gran Mastru Ġdid Fi Ħdan L-Ordni Ta’ San Ġwann
Fra’ Marco Luzzago ġie elett b’maġġoranza kbira bħala l-Logutenent tal-Gran Mastru tal-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-kunsill iltaqa’ fis-7 u t-8 ta’ Novembru li għadda f’Villa Magistral f’Ruma.
B’kollox ipparteċipaw 44 persuna fil-kunsill komplet tal-istat u 56 kienu intitolati għall-vot.
Dawn eleġibbli ltaqgħu f’Ruma. Il-Logutenent tal-Gran Mastru ħa l-ġurament quddiem il-membri tal-Kunsill kif ukoll quddiem id-delegat speċjali tal-Papa; il-Kardinal Silvano Maria Tomasi. Luzzago għandu 70 sena.
Mistenni li jsir tibdil kbir fi ħdan l-Ordni; b’liema tibdil, iż-żewġ Kavallieri Maltin, Fra’ John Edward Critien u l-Marchesino Daniel de Petri Testaferrata ikunu eliġibbli li anki jsiru Gran Mastri.
Ritratt: https://www.orderofmalta.int/