“Ma Għalfejn Aħna Qatt Ma Jkollna Presents?”

 “Ma Għalfejn Aħna Qatt Ma Jkollna Presents?”

“Ma, għalfejn aħna qatt ma jkollna presents?” hekk saqsiet iċ-ċkejkna lil ommha li bħalissa għaddejja minn żmien ikrah fejn ma tistax taħdem u spiċċat waħedha b’żewġt itfal.

Fuq il-paġna Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin ittella’ post biex iħeġġeġ lil ommijiet oħra jgħinu f’dan il-każ ġenwin. Kull ma huwa mixtieq, hu li jferrħu lit-tfal fil-Milied.

L-omm li kitbet, fuq dan il-grupp, qed tħoss li ma tista’ tagħti xejn lill-uliedha għalhekk, l-amministraturi tal-grupp ħadu ħsieb jixxerjaw it-talba tagħha bil-permess tagħha stess.

Ejja ngħinu lil xulxin ħalli fost it-tbatijiet li jkun hawn min għaddej minnhom, noffru fitt solljiev ukoll bil-ftit tagħna.

Ritratt: usatoday.com/ Ir-ritratt m’għandu x’jaqsam xejn mal-persuna fl-istorja. Intuża biss biex jispjega.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com