“M’Aħniex Niggustawkom U Anqas Nitbissmu!” – Rosianne Cutajar Bi Kliem Iebes

“Nikkundanna bla riservi l-kliem dispreġattiv, sessist u omofobiku li xi wħud qed jogħġobhom idawwru fil-konfront ta’ Angela Coleiro, kandidata lgbtiq f’isem il-Partit Nazzjonalista. M’aħniex niggustawkom u anqas nitbissmu.”
Hekk esprimiet ruħha l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar meta saħqet li dan il-kliem ma jagħmilx ġieħ lill-Partit Laburista u wisq anqas lill-Gvern li jaħdem bis-sħiħ biex pajjiżna jibqa’ dejjem fl-ewwel post fir-rigward tad-drittijiet ċivili.
Fakkret u enfasizzat biex naqtgħuha din li ngħajru prostituta lil kull mara li ma naqblux magħha li huwa totalment dirispett lejn in-nisa li jixtiequ jidħlu fil-politika.
Għandha raġun!!! ma nikbru qatt!