Mil-lum Jibda l-Malta Book Festival

 Mil-lum Jibda l-Malta Book Festival

Illum tibda l-attività tal-Malta Book Festival – attività tant mistennija kull sena minn ħafna pubblikaturi, familji, tfal u qarrejja. F’dawn l-aħħar snin, Il-Festival Tal-ktieb ra ħafna tibdiliet u avvanzi fejn ġew allokati aktar fondi biex kemm il-festival kif ukoll id-dinja tal-letteratura tistabbilixxi iktar ruħha kemm fi xtutna kif ukoll barra minn Malta.

Il-COVID-19 ma waqqfitx dan il-festival milli jsir. Fejn issoltu dan isir f’Dar il-Mediterran, din is-sena ser isir kollox online, fejn ser ikun hemm ħamest ijiem ippakjati b’iktar minn 60 attivitajiet u webinars online minn kittieba, kritiċi u awturi mhux biss minn Malta iżda anke dawk internazzjonali.

Bħala mistieden speċjali li se jimmarka l-ewwel ġurnata ta’ dan il-festival, ġie mistieden l-awtur Salman Rushdie b’kitbiet famużi bħal Satanic Verses u Midnight’s Children. Rushdie huwa awtur fost l-aktar stmati fid-dinja. Rashdi ser ikun qed jipparteċipa f’diskussjoni mal-awtur lokali Alfred Sant, li se tiġi mmoderata minn Prof. Clare E. Vassallo. Din ser isseħħ illejla fis-7.30pm.

Agħfas hawn biex issegwi aktar avvenimenti f’dawn il-ħamest ijiem tal-Malta Book Festival 2020.

Ritratt: National Book Council

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com