Maltija: Premjata Waħda Mill-Aħjar Inġiniera Skont TechWomen100

Simran Mohnani hija inġiniera Maltija u iktar kmieni din il-ġimgħa ġiet imniżżla bħala waħda mill-aħjar 100 nisa li jaħdmu fl-industrija tat-Teknoloġija fir-Renju Unit u fl-Irlanda #TechWomen100
Is-Sinjorina Mohnani bdiet l-edukazzjoni tagħha fil-Kulleġġ ta’ San. Martin ġewwa l-Imsida fejn imbagħad kompliet tistudja ġewwa San Alwiġi, fejn matul dawn iż-żminijiet irċeviet bosta premjijiet akkademiċi. Simran kompliet l-istudi tagħha f’waħda mis-sitt aqwa universitajiet fir-Renju Unit – fl-Università Ta’ Bath.
Il-profil kemm dak akkademiku u tal-karriera tas-sinjorina Mohnani huwa wieħed impressjonanti, fejn l-imsemmija hija wkoll parti minn diversi għaqdiet tal-Inġinerija.
Ritratt: TechWomen100