Malta Tikseb It-Tieni Rebħa Fil-Grupp

 Malta Tikseb It-Tieni Rebħa Fil-Grupp

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kmieni wara nofsinhar rebaħ it-tieni partita tiegħu f’Grupp B tal-Kampjonati Ewro 2022 meta barra mill-pajjiż Malta għelbet lill-Georġja 4 – 0.  Malta marret fil-vantaġġ fil-34 minuta meta Charlene Zammit tefat fix-xibka avversarja.  Għaxar minuti wara kienet Haley Bugeja li skorjat it-tieni gowl għal Maltin bl-iskor jibqa ma jinbidilx sat-tmiem l-ewwel 45 minuta.

Fit-tieni taqsima t-tim Malti reġa kien aggressiv u filfatt Haley Bugeja wara biss seba minuti għamlet l-iskor 3 – 0 bl-stess plejer reġgħet niżlet isimha fuq il-lista tal-skorers ma’ kważi siegħa logħob biex b’hekk għaqdet hat-trick personali. L-iskor baqa ma’ inbidilx sat-tmiem bit-tim Malti jirreġistra l-akbar rebħa f’logħba kompetittiva.

B’din ir-rebħa Malta tellgħet it-total ta’ punti fil-grupp għal seba.

It-tim Malti, taħt il-gwida tal-kowċ Mark Gatt, jilgħab l-aħħar partita tiegħu fil-grupp nhar it-Tlieta li ġej kontra Iżrael.

 

Ritratt: MFA / Domenic Aquilina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com