Maltempata Qawwija Ta’ 24 Siegħa F’Malta!
Fis-sebgħa ta’ filgħodu tal-1988, f’pajjiżna kienet bdiet maltempata li damet sejra 24 siegħa.
Il-kwantità ta’ xita mkejla mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Ħal Luqa kienet ta’ 162.5mm. Il-ħsarat li saru ammontaw għal eluf ta’ liri u ntlaqtu l-aktar l-inħawi tal-Marsa u Ħal Qormi.
Fl-Imsida u l-Marsa kien hemm il-biża’ li l-vetturi jinġarru lejn il-baħar, mal-wied tal-ilma qawwi li niżel.
Ritratt: Rain Season