Mara U Raġel Jipprovaw Jisirqu Minn Ħanut f’Ħal Balzan

 Mara U Raġel Jipprovaw Jisirqu Minn Ħanut f’Ħal Balzan

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal mara u raġel li tard ilbieraħ filgħaxija pprovaw iwettqu serqa minn ħanut f’Ħal Balzan.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.00 p.m. meta ż-żewġ persuni daħlu fil-ħanut li jinsab fi Triq il-Wied biex jisiru.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li wieħed mill-ħaddiema, raġel mill-Pakistan ta’ 38 sena, innota lir-raġel minn fuq is-sistema tas-CCTV jipprova tiftaħ il-kexxun tal-flus waqt li ħaddiem ieħor, Filippin ta’ 46 sena, ġie aljenat minn mara li talbitu jġibilha xi oġġetti minn fuq xi xkafef fl-għoli.

Ir-raġel ta’ 38 sena ħareġ iwaqqaf lill-ħalliel, fejn dan heddu li għandu sikkina. Ħaddiem ieħor, Marokkin ta’ 25 sena, niżel ħdejn il-ħaddiema

l-oħra wara li kien infurmat minnhom stess b’dak li kien qiegħed jiġri u kien f’dan il-mument li l-mara u r-raġel ħarbu minn fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com