Mario Ellul Jinħatar Teżorier Tal-Partit Nazzjonalista
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħatar lill-accountant Mario Ellul bħala teżorier ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Fi stqarrija, il-PN qal li t-Tteżorier huwa responsabbli għall-inizjattivi meħtieġa li jgħinu ’l-partit ikollu finanzjament adegwat għall-ħtiġiet tiegħu billi jippjana, jmexxi u jikkordina il-ħidma diretta lejn il-ġbir ta’ fondi għall-partit.
It-Teżorier huwa uffiċjal tal-partit u bħala tali huwa membru tal-Kumitat Eżekuttiv, tal-Kunsill Amministrattiv u tal-Kunsill Ġenerali.
Il-finanzi tal-partit huma soġġetti għas-sorveljanza u l-verifika tal-Bord ta’ Reviżuri bħala l-awditur intern tal-partit.